Il-Ginea fil-kwarti tal-finali tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani

Wara l-polza li telgħet ilbieraħ waranofsinhar f’Malabo, il-Ginea se jilagħbu fil-kwarti tal-finali.
Dan wara li l-Kosta tal-Avorju rebħu l-grupp u l-Ginea ġew fit-tieni post daqs il-Mali.
Tliet drojiet ta’ 1-1 għaż-żewġ timijiet ma’ setgħux jiddiferenzjaw liż-żewġ timijiet, għal min minnhom se jikkwalifika.
Mill-polza Ginea se jilagħbu kontra l-Gana fil-kwarti tal-finali ta’ nhar il-Ħadd li ġej f’Malabo.
Din kienet it-tielet darba fl-Istorja tat-Tazza tan-Nazzjonijiet, li saret polza biex tifred żewġ timijiet wara l-fażi tal-gruppi.
Il-Kongo u l-Algerija kienu għaddew bil-polza fl-1972 u fl-1988 rispettivament.