Il-Ginea Ekwatorjali miżmuma dro fl-aħħar minuti

Fil-logħba inawgurali minn Grupp A tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani, il-Kongo żammew lil Ginea Ekwatorjali fi dro ta’ 1-1.
Il-Ginea Ekwatorjali, li qed jospitaw l-edizzjoni ta’ din is-sena, kellhom vantaġġ li dam biss 17-il minuta minn gowl tal-captain Emilio Nsue.
Il-Kongo ġabu d-dro fis-87 minuta b’gowl ta’ Thievy Bifouma.
Intant fit-tieni logħba mill-istess grupp, Gabon għelbu lil Burkina Faso bl-iskor ta’ 2-0.
Il-gowls waslu mingħand Pierre-Emerick Aubameyang fid-19-il minuta u Malick Evouna fit-72 minuta.
Illum minn Grupp B, iż-Żambja jilagħbu kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u t-Tuniżija jilagħbu kontra Cape Verde.