Il-Ġimgħa Mqaddsa fil-Vatikan mingħajr parteċipazzjoni tal-pubbliku

Pope Francis leads the Via Crucis (Way of the Cross) procession during Good Friday celebrations at the Colosseum in Rome, Italy March 30, 2018. REUTERS//Stefano Rellandini - RC127C3DBBC0

Read in English.

Is-servizzi tal-Papa Franġisku għall-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir fil-Vatikan, li normalment jiġbdu għexieren ta’ eluf ta’ nies, se jsiru mingħajr aċċess għall-pubbliku minħabba l-imxija tal-coronavirus. Dan huwa pass maħsub li huwa bla preċedent fiż-żminijiet moderni.

Nota fuq il-websajt tad-dipartiment tal-Vatikan li torganizza l-avvenimenti tal-Papa tgħid ukoll li sa Ħadd il-Għid fit-12 ta’ April, l-udjenzi ġenerali u l-barkiet tal-Ħadd jibqgħu jidhru fuq l-internet u t-televiżjoni mingħajr il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

L-Olanda li ġeneralment tibgħat għexieren ta’ eluf ta’ fjuri biex iżejnu l-artal papali u postijiet oħra fil-Vatikan mhix se tkun tagħmel hekk din is-sena. L-Ambaxxatriċi Olandiża għall-Vatikan, Caroline Weijers, qalet il-ġimgħa li għaddiet li ma kienx se jkun possibbli li jsir dan din is-sena.

L-Italja, li ilha f’lockdown nazzjonali għal ġimgħa, intlaqtet aktar minn kull pajjiż Ewropew ieħor. Is-Sibt in-numru ta’ imwiet fil-pajjiż tela’ għal 1,441 u l-għadd totali ta’ każijiet tela’ għal 21,157 minn 17,660.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn