Il-Ġimgħa jkeċċih, il-Ħadd jilqgħu

Il-Gvern Spanjol ħabbar li lest jilqa’ n-nomina ta’ Carles Puidgemont, il-Mexxej tal-Katalunja, fl-elezzjonijiet reġjunali u bikrija li sejjaħ b’urġenza wara li lbiraħtlula r-reġjun iddikjara l-indipendenza.
U dan minkejja l-fatt li lbieraħ il-Prim Ministru Spanjol, Mariano Rajoh, keċċa lill-Parlament Reġjunali Katalan mill-Parlament Spanjol, u miegħu lil Puidgemont stess mill-kabinett Spanjol.
Sadanittant, l-elezzjonijiet bikrija se jsiru f’Diċembru, kif ordnati mill-Gvern Spanjol wara li dan attwa Artiklu 155 li tah id-dritt li jimponi direttament fuq il-Katalunja.
Puidgemont ikkundanna t-tneħħija tal-awtonomija Katalana, iżda talab sabiex ikun hemm protesti sielma, u ħeġġeġ lil niesu sabiex jibqgħu jistinkaw għal pajjiż ħieles.
Issa Spanja ilha dan l-aħħar xahar u ftit għaddejja minn kriżi kostituzzjonali, wara r-referendum organizzat mill-Gvern Reġjunali Katalan kmieni dax-xahar, li 43% ta’ dawk li vvutaw fih għażlu l-indipendenza.
Il-Katalunja qalet li li l-maġġoranza li baqgħu d-dar u ma vvutawx għamlu hekk bi protesta kontra d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, li qieset dan ir-referendum bħala illegali.
Kif il-Ġimgħa l-Katalunja ddikjarat l-indipendenza, minnufih il-PM Rajoh ħoll il-Parlament Katalan, neħħa lil Puidgemont minn mexxej, u ordna elezzjonijiet oħra.