Il-ġiħadisti fil-Mali japprofittaw mill-inkwiet li hemm; 40 mejta

Inqatlu iktar minn 40 persuna, il-maġġoranza tagħhom irġiel żgħażagħ, fil-fruntiera tat-Tramuntana tal-Mali f’temp ta’ jumejn.  L-attakki saru fil-villaġġi remoti f’deżert u huwa ssuspettat li nqatlu minn xi ġiħadisti.
L-aħbr ġiet irrappurtata nhar il-Ġimgħa minn grupp ta’ ribelli u mexxejja tribali. Dakinhar qalu li kien hemm 30 mejta, iżda lbieraħ  attakk minn nies armati b’ armi tan-nar fuq il-muturi ħallew 12-il persuna oħra mejta.
Il-mejta jiffurmaw parti mill-grupp etniku ‘Tuareg’. Dan l-attakk qajjem biżà ta’ vjolenza bejn il-komunitajiet.
Skont il-gvernatur lokali tar-reġjun, dawn l-attakki kienu kkalkluati, bl-intenzjoni li joħolqu kunflitt bejn il-komunitajiet tar-reġjun. 
Gruppi ġiħadisti għandhom manija jesplojtaw tensjonijiet lokali bejn gruppi etniċi, biex jikkawżaw diżgwid.