Il-Ġermanja u Spanja jaqblu fuq l-immigrazzjoni

Il-Gvern Ġermaniż qabel ma’ dak Spanjol li jista’ jibda jibgħat lura lejn Spanja immigranti li kienu diġà applikaw għall-ażil hemm.

Dan qalu kelliema għall-Ministeru tal-Intern li spjega li dan huwa l-ewwel ftehim ta’ dan it-tip.

Il-bidla ġejja wara tilwima bejn il-Konservattivi tal-Kanċilliera Angela Merkel u l-alleati tagħhom fuq l-immigranti. It-tilwima ħolqot kunflitti kbar fil-Gvern Ġermaniż li kien kważi wassal sabiex jaqa’ l-Gvern.

Aqra r-rapport hawn.