Il-Ġermanja twissi kontra l-ivvjaġġar lejn reġjuni fi Spanja

REUTERS/Albert Gea

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fil-Ġermanja nhar it-Tlieta wissa lil persuni li se jsiefru fuq vaganza biex ma jivvjaġġawx lejn diversi reġjuni Spanjoli, inkluż Barċellona f’Catalonia, fejn kien hemm żieda fir-rati ta’ infezzjoni tal-coronavirus.

“Bħalissa qed inwissu kontra vjaġġi turistiċi mhux neċessarji lejn il-komunitajiet awtonomi ta’ Aragona, Catalonia u Navarra minħabba l-għadd għoli ta’ infezzjonijiet u l-miżuri lokali ta’ lockdown,” iddikjara l-Ministeru fuq is-sit elettroniku tiegħu.

Iż-żieda fil-każijiet ta’ COVID-19 wasslet biex diversi reġjuni jimponu regoli dwar l-użu ta’ maskri kullimkien, u f’diversi żoni inkluż Barċellona, ir-residenti qed jiġu mħeġġa biex jibqgħu fi djarhom sabiex iżommu d-distanza soċjali.