Il-Ġermanja tlaqqa’ l-fazzjonijiet Libjani f’Berlin

FILE PHOTO: REUTERS/Costas Baltas

Read in English.

Fazzjonijiet rivali fil-gwerra ċivili fil-Libja qed jiltaqgħu mal-qawwiet il-kbar fil-Ġermanja fi sforz imġedded biex ikun hemm waqfien mill-ġlied. It-taħdidiet qed isiru fl-isfond ta’ passat riċenti fejn ftehimiet ta’ waqfien mill-ġlied ma ġewx osservati.

Għal dan is-summit f’Berlin qed jattendu z-zewġ fazzjonijiet Libjani, rappreżentanti tan-Nazzjonijiet Magħquda flimkien ma’ qawwiet dinjija li jinkludu l-President Russu Putin u l-President Tork Erdogan.

Il-kunflitt fil-Libja huwa xprunat mill-Ġeneral Khalifa Haftar li jmexxi l-parti l-kbira tal-Libja kontra l-gvern appoġġjat min-Nazzjonijiet Magħquda fil-kapitali Tripli.

L-għan tas-summit għandu l-għan ukoll li jżomm lill-mexxejja tad-dinja milli jissuplixxu l-armi lil-Libja u b’hekk iżommu mad-deċiżjoni li ttieħdet min-Nazzjonijiet Magħquda.

Ilbieraħ, diversi aġenziji tal-aħbarijiet irrappurtaw kif il-qawwiet leali lejn il-Ġeneral Haftar waqqfu l-esportazzjonijiet taż-żejt minn portijiet ewlenin li tfisser daqqa għas-sors ewlieni tad-dħul tal-pajjiż.