Il-Ġermanja tivvota fl-elezzjoni ġenerali

Dalgħodu fit-tmienja fetħet il-votazzjoni għall-elezzjoni ġenerali fil-Ġermanja, bil-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel qed tittama li tingħata t-tmexxija tal-akbar ekonomija fl-Ewropa għat-tielet terminu konsekuttiv.

Filwaqt li l-istatistika qed turi li l-Partit Demokristjan ta’ Angela Merkel se jġib il-maġġoranza ta’ siġġiet fil-parlament, x’aktarx li l-partiti li kienu jiffurmaw il-Gvern magħha mhux se jġibu l-5% tal-vot biex ikun hemm maġġoranza. Jekk dan iseħħ, Merkel ikollha tikkunsidra koalizzjoni mar-rivali ewlieni Peer Steinbrueck mill-Partit Soċjalista Demokratiku.

L-elezzjoni fil-Ġermanja mistennija tiġi fi tmiemha fl-erbgħa ta’ wara nofsinhar filwaqt li wara jibda’ perjodu ta’ diversi ġimgħat, biex isiru t-taħdidiet neċessarji għall-Gvern ta’ koalizzjoni.

Ta’ min jgħid li lbieraħ, il-partiti l-kbar ikkonkludew il-kampanja elettorali b’attivitajiet għall-massa.