Il-Ġermanja qed tintensifika l-isforzi tagħha biex tixtri maskri tal-wiċċ fi sforz biex tikkontrolla l-coronavirus.
Il-Viċi kanċillier tal-Pajjiż, Olaf Scholz, qal dan meta kien qed jkun intervistat fuq it-televiżjoni Ġermaniża.
Huwa qal li “għandna bżonn ammonti inkredibbli ta ‘maskri. L-isforz kollu tagħna huwa li nġibuhom. Din hija l-posizzjoni tagħna llum.
L-isforzi tal-Ġermanja biex tixtri maskri qed isiru fi żmien meta l-Istati Uniti wkoll intensifikaw l-isforzi tagħhom biex jagħmlu l-istess.
Scholz qal li d-deċiżjoni li l-produzzjoni ta’ tagħmir mediku importanti lejn l-Ewropa, huwa pass għaqli għaxjagħmel uħud minn dawn l-oġġetti jiswew aktar, iżda aktar aċċessibbli.
Scholz eskluda tnaqqis fit-taxxi fuq id-dħul għall-Ġermaniżi, minħabba l-ħtieġa li l-pajjiż iħallas lura pakketti ta’salvataġġ ekonomiku maħsuba biex isaħħu l-ekonomija.