Il-Ġermanja tappoġġja lil Cameron biex jinnegozja mill-ġdid mal-UE

It-tama tal-Prim Ministru Ingliż David Cameron biex jerġa’ jinnegozja mill-ġdid mal-Unjoni Ewropea ngħatat spinta mill-Ġemanja.
Il-Ministru tal-Finanzi Ġermaniż qal li kull bidliet fil-futur għandhom ikunu ġusti mal-pajjiżi li ma jużawx il-munita ewro.
Il-Ministru Ġermaniż qal li l-pajjiżi li m’humiex fiż-żona ewro m’għandhomx ikunu żvantaġġjati filwaqt li jkunu protetti bil-liġi.
Il-Prim Ministru Ingliż kien qal li jekk il-Konservattivi jirbħu l-elezzjoni tas-sena d-dieħla, hu se jinnegozja mill-ġdid mal-Unjoni Ewropea.
Sentejn wara, David Cameron anke mistenni jagħmel referendum bil-poplu Ingliż ikun mitlub jagħżel jekk l-Ingilterra għandhix tibqa’ fl-Unjoni Ewropea.