Il-Ġermanja taf ma tgħinx lil Malta jekk jiġu eluf ta’ immigranti – kelliem

Read in English.

Jista’ jkun li l-Ġermanja tieqaf tgħin lil Malta billi tilqa’ l-immigranti għandha jekk jibdew jidħlu eluf ta’ immigranti fil-gżira. Dan skont kelliem għall-Ministeru għall-Intern Ġermaniż.

Is-sit InfoMigrants qal li minkejja li l-Ġermanja tinsab fuq quddiem peress li taċċetta ħafna immigranti li jkunu daħlu fl-Ewropa minn pajjiż ieħor, il-Ministeru għall-Intern qed jibda jkollu xi dubji.

Intqal li l-Ġermanja tista’ toħroġ minn dan il-ftehim ta’ distribuzzjoni ta’ persuni li jfittxu l-ażil f’Malta jew l-Italja jekk dawk li jittraffikaw l-immigranti jżidu n-numru tagħhom.

Fit-8 ta’ Ottubru, mexxejja Ewropej mistennija jilħqu ftehim dwar is-sistema ta’ distribuzzjoni.

Iċ-ċittadini Ewropej imħassbin l-aktar bl-immigrazzjoni