Il-Ġermanja se tipprojbixxi l-ivvjaġġar mill-pajjiż sa nofs Ġunju

Reuters

Read in English.

Il-Kabinett Ġermaniż se jestendi twissija ta’ projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar kollu barra mill-pajjiż tal-anqas sal-14 ta’ Ġunju. Ir-rivista Der Spiegel irrappurtat li kien intlaħaq qbil bejn diversi ministeri wara li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin ħareġ dokument b’rakkomandazzjonijiet dwar dan is-suġġett.

Nhar l-Erbgħa kienu rrappurtati 1,304 każijiet ġodda tal-Covid-19, waqt li n-numru ta’ mwiet żdied b’202 fuq il-jum ta’ qabel, skont informazzjoni maħruġa mill-Istitut għal Mard Infettiv Robert Koch.

Il-pajjiż bl-akbar popolazzjoni fl-Ewropa issa għandu 157,641 każ ikkonfermat tal-marda u rreġistra 6,115-il mewta, skont l-għadd uffiċjali.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn