Il-Ġermanja se toħroġ mir-riċessjoni u tirreġistra tkabbir ekonomiku

Il-Ġermanja għandha tirreġistra tkabbir ekonomiku u mhux riċessjoni, fl-ewwel xhur ta’ din is-sena.

Dan tħabbar mill-bank ċentrali Ġermaniż, il-Bundesbank, li qal kif matul l-2013 għandu jkun hemm sinjali pożittivi f’din l-ekonomija.

Dan wara li fl-aħħar tliet xhur tal-2012 l-ekonomija ġermaniża rreġistrat tnaqqis ta’ 0.6%.

Il-Ġermanja hija l-akbar ekonomija fl-Unjoni Ewropea, u n-nuqqas ta’ tkabbir ekonomiku f’din l-ekonomija fl-aħħar xhur ġabet magħha diversi spekulazzjonijiet fuq riċessjoni oħra għall-iStati Membri tal-Unjoni Ewropea.