Il-Ġermanja se tgħaġġel il-proċeduri tar-ripatrijazzjoni ta’ immigranti

Il-Ġermanja se tgħaġġel il-proċess ta’ ripatrijazzjoni ta’ immigranti li jkollhom it-talba tagħhom tal-ażil irrifjutata.
Il-koalizzjoni tal-Gvern irnexxielha tasal għal ftehim, wara ġimgħat ta’ nuqqas ta’ qbil, u issa se jitwaqqfu ħames ċentri speċjalizzati lli jittrattaw l-applikazzjonijiet ta’ dawk li ftit ikollhom possibiltà li jingħataw status ta’ refuġjat.
Il-Ġermanja qed tistenna li din is-sena biss, tkun irċeviet mat-800,000 immigrant.
Iktar kmieni, il-Kummissjoni Ewropea qalet li sa tmiem l-2017, mistennija jidħlu mat-3 miljun immigrant fl-Ewropa.