Il-Ġermanja magħżula sabiex torganizza Euro 2024

Il-Ġermanja ġiet magħżula minflok it-Turkija sabiex torganizza l-Kampjonat Ewropew tal-2024. Il-president tal-UEFA Aleksander Ceferin ħabbar n-nazzjon li se jospita dan l-avveniment wara li l-kumitat eżekuttiv tal-UEFA vvota ġewwa Nyon fl-Isvizzera.

Il-kompetizzjoni se tinvolvi 24 tim u 51 logħba filwaqt li l-finali ser tintlagħab fl-Istadju Olimpiku ta’ Berlin. Il-bqija tal-logħob ser iseħħ ġewwa Cologne, Dortmund, Dusseldorf, Frankfurt, Gelsenkirchen, Hamburg, Leipzig, Munich u Stuttgart.

L-aħħar li l-Ġermanja rebħet il-Kampjonat Ewropew kien fl-1996 u diġà organizzat dan l-avveniment fl-1988 kif ukoll it-Tazza tad-Dinja fl-1974 u fl-2006.