Il-Ġermanja ma teskludix intervent militari fil-Libja

Skont il-Ministru Ġermaniż għad-Difiża, il-Ġermanja ma teskludix intervent militari fil-Libja biex il-pajjiż isib stabilità.
Il-Ministru Ursula von der Leyen qalet lill-ġurnal Bild li l-Ġermanja ma tistax iżżomm lura milli tagħti sehemha u jeħtieġ li l-Istat Iżlamiku u l-Boko Ħaram ma jitħallewx jagħmlu alleanza bejniethom.
Inkella, skont hi, partijiet oħra mill-Afrika jitilfu l-istabilità tagħhom.
Sadattant fil-Libja, il-lista bl-ismijiet tal-Ministri tal-Gvern ta’ unità, li kellha titħabbar illum, ġiet postposta b’jumejn.
Skont indiskrezzjonijiet, ir-raġuni hi minħabba nuqqas ta’ qbil dwar min se jieħu post il-Ġeneral Haftar, li hu l-kap tal-armata tal-gvern ta’ Tobruk.