Il-Ġermanja kellha l-ewwel każ tal-varjant il-ġdid tal-coronavirus f’Novembru

Read in English.

Jidher li l-varjant il-ġdid tal-koronavirus li sa issa kien identifikat bħala l-varjant li kien skopert fir-Renju Unit, kien preżenti fil-Ġermanja minn Novembru. Dan ħareġ hekk kif it-tobba bdew janalizzaw il-kampjuni tad-demm ta’ pazjent anzjan li miet bil-Covid-19. Din l-aħbar kienet irrapportata mill-ġurnal Die Welt.

Il-varjant il-ġdid tal-coronavirus, li kien skopert fir-Renju Unit, huwa maħsub li huwa aktar infettiv minn varjanti oħra li bħalissa qed jiċċirkolaw fid-dinja.

Il-varjant ġie skopert l-ewwel darba f’Settembru. F’Novembru madwar kwart tal-każijiet f’Londra kienu tal-varjant il-ġdid. Sa nofs Diċembru, nofs il-każijiet kienu tal-varjant il-ġdid. 

Analiżi bikrija tissuġġerixxi li s-sintomi mill-varjant mhumiex aktar severi minn dak eżistenti. 

L-iktar spjegazzjoni probabbli hija li l-varjant żviluppa f’pazjent b’sistema immunitarja dgħajfa u li ma kinetx kapaċi tegħleb il-virus. Minflok ġisimhom sar fertili għall-mutazzjoni tal-virus.

Sadanittant, il-Ġappun nhar it-Tnejn ħabbar li kellu każ ta’ varjant ta’ coronavirus li kien instab fl-Afrika t’Isfel. Il-Ministeru tas-Saħħa tal-pajjiż qal li l-każ instab f’mara ta’ 30 sena li waslet il-Ġappun fid-19 ta’ Diċembru.