Il-Ġermanja – Ċampjins tad-dinja għar-raba’ darba

F’Rio de Janiero – l-Ġermanja rnexxielha toħroġ rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja għar-raba’ darba hekk kif għelbet lill-Arġentina bl-iskor ta’ 1-0.
Il-logħba ntrebħet b’gowl deċiżiv u sabiħ ta’ Mario Gotze fit-tieni parti tal-ħin supplimentari b’gowl fil-113-il minuta.
Id-90 minuta logħob għalqu tentattivi perikolużi tal-Arġentina, b’wieħed minnhom jolqot il-lasta.
Meta kollox kien qed jindika li l-logħba se tiġi ssiġillata bil-penaltis, Gotze jiskurja ballun li fil-grawnd ta’ Maracana rnexxielu jqajjem minn bil-qiegħda bil-ferħ, lill-Kanċiellier Ġermaniż Angela Merkel.
Din hi l-ewwel darba li tim Ewropew għolla t-tazza tad-deheb f’pajjiż tal-Amerika t'Isfel.
L-edizzjoni li jmiss tat-Tazza tad-Dinja fl-2018 se ssir fir-Russja.