“Il-ġenna hija aktar ikkulurita llum” – imut l-artist Ed Schembri

Ed Schembri

Read in English.

Is-settur tal-kultura f’Malta llum jinsab taħt xokk wara l-aħbar li l-artist Ed Schembri miet. Fuq Facebook, għargħar ta’ messaġġi ta’ ġieħ twasslu minn ħbieb u oħrajn li kienu jafuh personalment jew mill-qasam tal-arti. Huwa kellu 45 sena.

Il-Fundatur tal-ALS Malta Bjorn Formosa qal, “Strieh fis-sliem Ed. Bla kliem ħabib. Int tassew wieħed mill-akbar artisti li din il-gżira esperjenzat”. Schembri spiss kien ta l-qligħ mix-xogħlijiet artistiċi tiegħu lill-organizzazzjoni volontarja.


L-artist James Vella Clark qal, “Meta xi ħadd li naf, imut, ikun diġà bl-uġigħ. Iżda meta artist ieħor iħallina, l-artist iħossu agħar. Id-dmugħ li jinqata’ mill-muskoli inviżibbli li jorbtuna flimkien permezz ta’ sensibilitajiet komuni. Se nimmissjak Ed Schembri imma nibqa’ niftakar il-kliem “Aw Bro x’minnek” li kont tgħid meta konna niltaqgħu ma’ xulxin fi Triq in-Nofsinhar fil-Belt Valletta. Il-Ġenna hija iktar ikkulurita llum. Strieħ fil-Paċi bello. ”

Il-Mudella Romina Camileri qalet, “Ninsab ixxukkjat … għadna kemm tlifna artist inkredibbli. Jien bla kliem Ed. Strieħ fis-sliem ħabib.

 Il-personalità televiżiva Peter Carbonaro qal, “Sakemm nerġgħu niltaqgħu għażiż Ed Schembri, artist veru u ġentlom. Kont inħobb il-konversazzjonijiet tagħna dwar l-arti u kollox. Il-kapulavuri tiegħek jgħixu għal dejjem.”

Tislima wkoll minn Arthur Caruana li jmexxi l-istazzjon 103 Malta’s Heart li tella’ wkoll biċċa xogħol li Schembri kien lesta dan l-aħħar.

“Mur għidilna li kellek tmur ħdejh daqshekk kmieni. Tibqa’ tkellimna permezz tal-arti ħabib. Ibqa’ pitter dis-sema,” temm igħid il-messaġġ ta’ Caruana.

Kondoljanzi lill-qraba ta’ Ed Schembri.