Il-ġenituri tat-tarbija Hitler jintbagħtu 11-il sena ħabs

Koppja neo-Nazi nbgħatu 11-il sena u sitt xhur ħabs bejnithom wara li nstabu ħatja li huma membri fi grupp terroristiku. Il-koppja kienet ukoll semmiet lit-tarbija tagħha għad-dittatur Adolf Hitler u għamlu darhom mafkar għar-razziżmu estrem, bid-diversi swastikas f’darhom.

Ir-raġel, Adam Thomas deher f’ritratt libes ilbes tal-Ku Klux Klan filwaqt li qed jżomm lill-ibnu. Filwaqt li s-sieħba tiegħu qalet li temmen li Lhud kollha għandhom jinqatlu waqt is-smigħ tal-każ f’Qorti f’Birmingham. Il-ġurija saru jafu wkoll li l-kopja tat lit-tifel it-tieni isem “Adolf” bil-missier jispjega li dan kien jammira lil Hitler.

Il-kopja għandhom storja twila ta’ tewmin razzista vjolenti skont l-Imħallef Melbourne Inman QC u saħaq lit-tnejn li huma kienu ddikjaraw li lesti joqtlu tifel li huwa ta’ razza mħallata biex ikomplu jwasslu l-aġenda neo-Nazi tagħhom.

L-Imħallef sostna li dawn id-dikjarazzjonijiet mhumiex vojta u spjega li t-tip ta’ reġim li l-koppja tadura kien jagħmel eżattament hekk.

Thomas li għandu 22 sena ngħata sentenza ta’ sitt snin u sitt xhur ħabs filwaqt li Patatas ta’ 38 sena ngħatat senteza ta’ ħames snin ħabs. Il-koppja huma minn Banbury f’Oxfordshire. Il-ġimgħa li għaddiet huma nstabu ħatja li huma membri ta’ organizzazzjoni tal-lemin estrem, National Action. L-organizzazzjoni ġiet iprojbita fl-2016.

B’kollox sitt persuni ngħataw sentenzi ta’ ħabs minħabba li huma membri f’dan il-grupp bl-Imħallef jiddeskrivi l-għanijiet tal-grupp bħala orribbli. Huwa saħaq li l-għanijiet tal-grupp huwa li jwaqgħu d-demokrazija b’atti ta’ vjolenza u qtil u minflok ikun hemm stat bħal dak taħt in-Nazi li jeqred sezzjonijiet sħaħ tas-soċjetà permezz tal-użu tal-vjolenza u l-qtil tal-massa.