Il-ġenituri ta’ Charlie Gard jitolbu biex jieħdu lil binhom id-dar

Il-ġenituri ta’ Charlie Gard reġgħu marru l-Qorti biex jitolbu permess biex jieħdu lil binhom id-dar biex imut hemm u jkunu jistgħu jqattgħu l-aħħar mumenti mat-tifel.
L-avukati, tal-ġenituri Chris Gard u Connie Yates, qalu li huma jixtiequ jqattgħu l-aħħħar ġranet fit-trankwilità ma’ binhom ’il bogħod mill-isptar.
Huma akkużaw l-isptar Great Ormond Street li qed jagħmel diversi ostakli sabiex it-tifel jinżamm l-isptar.
Ilbieraħ huma rtiraw uffiċjalment l-applikazzjoni biex binhom jirċievi kura esperimentali fl-Istati Uniti. Huma ħabbru d-deċiżjoni tagħhom hekk kif l-Imħallef Francis kien qed jipprepara biex jmexxi s-smigħ fl-aħħar stadji tal-battalja legali.
Il-ġenituri tiegħu qalu li aktarx binhom ma jwassalx għall-ewwel birthday tiegħu fl-4 ta’ Awwissu.