​Il-ġenituri ta’ Charlie Gard jibqgħu jittamaw

Il-ġenituri tat-tarbija Charlie Gard jibqgħu ottimisti u jittamaw wara li sar scan ta’ moħħ binhom ta’ 11-il xahar. Dan mistenni juri jekk it-tifel għandux jirċievi t-terapija esperimentali fl-Istati Uniti.
L-iscan sar fl-isptar Great Ormond Street fejn professur Amerikan eżamina t-tarbija.
Il-professur Michio Hirano kien qed jistudja l-iscan flimkien ma’ dokumenti mediċi oħra biex jiddeċiedi jekk iħossx li t-tifel jibbenefika minn trattament għall-kundizzjoni rari li għandu.
Illum komplew il-laqgħat bejn il-professur Amerikan u esperti mediċi oħra.
L-isptar Great Ormond Street jemmen li t-tifel sofra minn ħsara mentali irriversibbli u li għandhom jintfew l-magni li qed iżommuh ħaj.
Iżda l-ġenituri ta’ Charlie, Chris Gard u Connie Yates qed jitolbu li t-tifel jingħata ċ-ċans għat-trattament.
Il-Ħadd sar l-ewwel EEG scan minn Marzu li għadda. Dr Hirano kien qal li l-iscan ta’ Marzu ma weriex provi ta’ ħsara mentali irriversibbli.
L-iktar scan riċenti għandu jkun kruċjali biex jiddeċiedi l-futur ta’ Charlie.
Maġistrat kien diġà ddeċieda li l-magna li qed iżżomm lil Charlie ħaj għandha tintefa’ imma jista’ jkun li jbiddel fehmtu.