Il-ġenituri huma kollaboraturi ma’ Alla fil-ħolqien tat-tfal

baby

Read in English.

 

Meta kien qed jitkellem dwar il-festa tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista, il-Papa Franġisku qal li bit-twelid ta’ din it-tarbija, Eliżabetta u Żakkarija wrew li xejn mhu impossibbli għal Alla. Huma ċċelebraw bil-ferħ dan it-twelid mirakoluż ta’ Ġwanni.

Il-Papa talab lill-Verġni Marija biex tgħinha nifhmu li f’kull persuna umana hemm l-id ta’ Alla, is-sors tal-ħajja.

Omm Alla u Ommna tagħmilna aktar konxji li fil-ħolqien ta’ tarbija, il-ġenituri huma kollaboraturi ta’ Alla, missjoni mill-isbaħ li tagħmel kull familja tempju tal-ħajja u kull twelid iġib miegħu ferħ u gratitudni.