Il-ġenerożità tal-Maltin ittaffi l-uġigħ ta’ tfajla Kolumbjana

Il-ġenerożità tal-Maltin wasslet anke fl-Amerika Latina fejn Rose Mallia, membru tal-Institut Sekulari “Ulied il-Qalb Mqaddsa ta’ Marija, ilha 37 sena tagħmel missjoni.
F’kummenti li bagħtet lil Newsbook.com.mt, Rose Mallia rringrazjat lil dawk kollha li taw id-donazzjonjiet lil Mission Fund u li permezz tagħhom se tkompli l-missoni tagħha f’Bogotà fil-Kolombja.
Mallia semmiet kas ta’ tfajla ta’ 33 sena li malli ħadet it-titlu ta’ nurse ntlaqtet b’virus li kkawżala paralisi f’nofs ġisimha u ħalliha ma tistax titkellem. It-tfajla ma setgħetx tixtri l-mediċina iżda sabet l-għajnuna minn għand Rose Mallia u l-missjunarji sħabha.  
Mallia spjegat li bħalissa qed taħdem fuq żewġ proġetti. L-ewwel wieħed jismu New Horizon fejn flimkien ma’ missjunarji oħra qed jagħlmu snajja lil nisa biex ‘il quddiem ikunu jistgħu jfendu għal rashom u jkunu jistgħu jaqilgħu l-għixien.
It-tieni proġett huwa ħidma mat-tfal li qed jingħataw għajnuna psikoloġika, materjali, morali u anke spiritwali. B’hekk tfal, li m’għandhomx edukazzjoni u lanqas x’jagħmlu, ma joqgħodux jiġġerrew u jpoġġu ħajjithom f’periklu.
Fl-aħħarnett ħeġġet lil Maltin biex ikomplu jibgħatu bollol u telecards użati lil Mission Fund.
Tistgħu wkoll tibgħatu d-donazzjonijiet tagħkom:

HSBC fuq in-numru tal-account: 061 197 448 050
BOV fuq in-numru tal-account: 163 007 980 19
APS fuq in-numru tal-account: 200 008 207 652
Banif fuq in-numru tal-account: 000 879 631 01