Il-GBC tipproponi bini ta’ sptar ġdid f’Għawdex

Read in English.

Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija (GBC) ppreżentat il-proposti tal-baġit 2021. Fost dawn il-proposti l-kamra ssemmi l-kontinwazzjoni tal-link permamenti bejn Għawdex u Malta kif ukoll il-bini ta’ sptar ġdid f’Għawdex.

Il-proposti tal-GBC jiffukaw fuq erba’ oqsma ewlenin li huwa t-trasport u l-konnettività, il-infrasstruttura pubblika, is-sostennibilità u l-inizjattivi mmirati għas-settur pubbliku f’Għawdex.  Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija qalet li dawn il-proposti saru wara l-analiżi li saret fuq l-ekonomija Għawdxija li hija bbażata fuq it-turiżmu, il-kostruzzjoni u l-propjetà.

Il-proposti jinkludu:

It-Trasport u l-konnettività

  • Il-kontinwazzjoni ta’ proġetti importanti f’Għawdex li jsaħħu s-settur marittimu u dak tal-ajru bejn iż-żewġ gżejjer.
  • Il-kontinwazzjoni ta’ link permanenti bejn Għawdex u Malta.

L-Infrasstruttura Pubblika

  • Il-bini ta’ sptar ġdid  f’Għawdex
  • Il-bini ta’ parkeġġ fir-Rabat Għawdex li ma jagħmilx ħsara l-wirt storiku f’Għawdex
  • Il-bini ta’ breakwater ġdid fil-port ta’ Marsalforn.

Sostenibilità

  • Jinbidel il-vapur li qiegħed jiġi mikri ma’ hybrid ferry. Il-kumpanija Gozo Channel għandha li tikunsidra li tibdel il-vapuri tagħha għall-hybrid ferry meta tkun se tibdel il-flotta preżenti.
  • Vetturi elettroniċi ta’ residenti Maltin għandhom iħallsu inqas meta jmorru Għawdex.
  • Vetturi elettroniċi ta’ residenti Għawdxin għandhom jaqsmu lejn Malta b’xejn.
  • Ir-residenti Għawdxin għandhom jirċievu lura €9,000 minflok €7,000 jekk jixtru karozza li taħdem bl-elettriku

Inizjattivi mmirati għal Għawdex fis-settur diġitali Għawdxi

  • Tnaqqis ta’ taxxa lill-kumpaniji fis-settur diġitali li jiftħu f’Għawdex
  • Sussidju għall-kera lill-kumpanija li jiftħu ċentru ta’ inovazzjoni diġitali
  • Jiġu kreati inizzjattivi għal għawdex, biex is-settur diġitali jikber.

Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija qalet li l-proposti li għamlet f’Mejju li għadda għall-pjan strateġiku għal wara l-COVID-19 jibqagħu validi iżda ffukkat dawn il-proposti fuq proġetti li għandhom bżonn isiru urġenti.