Il-ġardiniera

Riċetta u ritratti: Tanya Zammit

Ingredjenti

Ħxejjex

400g biċċiet żgħar tal-pastard

200g zunnarija slajsjata

200g karfus slajsjat

200g bżar aħmar, aħdar u isfar slajsjat

4 mgħaref żejt taż-żebbuġa

2-4 chillies (jekk trid)

4 rjus tat-tewm mgħaffġa

4 weraq tar-rand

2 kuċċarini oregano niexef

2 kuċċarini bużbież

2 kuċċarini peppercorn

Għas-salmura

700ml ilma

700ml ħall abjad 

2 mgħaref melħ 

2 mgħaref zokkor

Metodu

Sterelizza erba’ fliexken ta’ 500ml.

F’kull flixkien agħmel l-istess ammont ta’ żejt taż-żebbuġa, tewm,weraq tar-rand, chillies, oregano, peppercorns u bużbież.

Qatta’ l-ħaxix b’biċċiet żgħar.

Poġġi borma fuq nar għoli u żid l-ilma, il-ħall, il-melħ u z-zokkor. Ħalli sakemm jagħli.

Waqt li jibda jagħli l-ewwel itfa’ z-zunnarija u l-pastard, u wara tliet minuti żid il-bżar kulurit u l-karfus għal żewġ minuti. Neħħi minn fuq in-nar, saffi l-ħxejjex u żomm l-ilma tat-togħlija.

Imla l-fliexken bil-ħaxix u ferragħ l-ilma tat-togħlija jaħraq fuqhom sakemm tgħattihom kollha. Agħlaq tajjeb bl-għatu. Ħalli l-fliexken jiksħu sewwa  qabel iddaħħalhom fil-friġġ fejn tħallihom għal bejn 36-48 siegħa qabel tużahom.

Il-ġardiniera ddum tajba sa tliet xhur fil-friġġ. Iżda flixkun miftuħ irid jittiekel sa tliet ġimgħat wara.