Il-Ġappuniżi lesti għat-tifun Neoguri

It-tifun Neoguri, b’252 kilometru fis-siegħa, irnexxielu jasal viċin tal-gżira ta’ Miyako, fin-nofsinshar tal-Ġappun. 
L-aġenzija meteoroloġika Ġappuniża ħarġet twissija biex iċ-ċittadini joqgħodu attenti u eluf kbar ta’ nies intalbu li jsibu post sigur fejn jistkennu.
Jidher li Neoguri hu fost l-ikbar tifuni li qatt għadda mill-Ġappun hekk kif mistenni jqajjem mewġ b’għoli ta’ 14-il metru. 
Neoguri hu t-tmien tifun tal-istaġun.  Sakemm jgħaddi t-tifun, l-iskejjel kellhom jibqgħu magħluqa u tħassru bosta titjiriet.