Il-Ġappun qed tivverifika l-filmat tal-qtil tal-ostaġġ mill-IS

Il-Ġappun bħalissa qed tipprova tivverifika l-awtentiċità tal-filmat li allegatament juri l-ostaġġ Ġappuniż Haruna Yakawa jinqatel mill-militanti tal-Istat Iżlamiku.
Wara laqgħa t’emerġenza tal-kabinett, il-Prim Ministru Ġappuniż iddiskriva l-filmat bħala “assurd u wieħed li ma tistax taħfer” u sostna li l-Ġappun “mhix se ċċedi lit-terroriżmu.”
Nhar it-Tlieta li għadda l-Istat Iżlamiku ta ultimatum ta’ 72 siegħa li jekk il-Ġappun ma jħallasx €178 miljun lill-militanti, se joqtlu lil żewġ ostaġġi Ġappuniżi li għandhom f’idejhom.
Kenji Goto Jogo hu ġurnalist ta' 47 sena waqt li Haruna Yukawa mar is-Sirja biex jieħu t-taħriġ mingħand il-militanti.