Il-Ġappun jipprova jsalva lill-ostaġġ tal-Istat Iżlamiku

Il-Ġappun qed jiddiskuti mal-Ġordan bit-tama li l-ostaġġ Ġappuniż f’idejn l-Istat Iżlamiku ma jinqatilx fis-sigħat li ġejjin.
Dan hekk kif l-aħħar filmat ippubblikat ilbieraħ mill-militanti, juri lill-ġurnalist jappella għall-ħelsien ta’ mara miżmuma l-ħabs tal-Ġordan, inkella fi żmien 24 siegħa jinqatel flimkien mal-pilota Ġordaniż li wkoll hu ostaġġ f’idejn il-militanti.