Il-Ġappun jipprova jidħol f’kuntatt mal-Istat Iżlamiku

Il-Ġappun qed jagħmel minn kollox biex jidħol f’kuntatt, permezz ta’ intermedjarji, mal-militanti tal-Istat Iżlamiku.
Dan qabel jiskadi, għada, l-ultimatum mogħti mill-militanti, li jekk il-Ġappun ma jħallasx $200 miljun se joqtlu liż-żewġ ostaġġi Ġappuniżi li urew fl-aħħar filmat tagħhom.
Jidher li l-Ġappun, uffiċċjalment almenu, qed jeskludi li jħallas dan ir-riskatt.
Uffiċjal għoli tal-Gvern qal li l-awtoritajiet ma jafux f’liema kundizzjoni jinsabu ż-żewġ ostaġġi.