Il-Ġappun ifakkar it-72 anniversarju mill-attakk f’Hiroshima

Il-Ġappun fakkar it-72 anniversarju minn meta ġie attakkat b’bomba nukleari f’Hiroshima.
Huwa kien il-pajjiż waħdani li sofra attakki nukleari fl-1945.
Il-Prim Ministru Shinzo Abe kien qed jindirizza ċ-ċerimonja annwali fil-park ta’ Hiroshima biswit il-ground zero fejn kienu nqatlu 140,000 ruħ. Flimkien magħhom 74,000 ruħ kienu mietu tlett ijiem wara l-ewwel attakk, wara li seħħ attakk atomiku ieħor f’Nagasaki.
Shinzo Abe saħaq li jittama li l-armi nukleari jitneħħew darba għal dejjem u li jkun hemm qbil unanimu bejn il-pajjiżi li għandhom l-armi nukleari u dawk li m’għadhomx.
L-anniversarju seħħ xahar wara li l-Ġappun qabel mar-Renju Unit, Franza u l-Istati Uniti biex ma jseħħx it-trattat tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar l-armi atomiċi.