Il-Ġappun għadu jippjana li jospita l-Olimpjadi din is-sena

Tokyo 2020

Il-ministru Ġappuniż għall-Olimpjadi qal li l-pajjiż għadu għaddej bil-pjanijiet tiegħu biex ikun jista’ jospita l-Olimpjadi f’Tokyo. Hu saħaq li l-pjan hu li jitħallew jiddaħħlu l-ispettaturi jaraw il-logħob ukoll.

Nhar is-Sibt li għadda l-Prim Ministru Ġabbuniż Shinzo Abe qal li l-Olimpjadi se jiġu organizzati xorta waħda anka jekk bħalissa d-dinja qed taffaċja l-epidemija tal-coronavirus.

Il-kumitat olimpiku kellu jitlaqqa’ llum biex jiddiskuti l-Olimpjadi u b’mod partikolari l-avvenimenti mħassra fejn l-atleti kellhom jikkompetu fihom biex jikkwalifikaw.

Il-Ġappun kellu aktar minn 1,400 każ ta’ infezzjoni u minnhom mietu 28 persuna. Il-parti tal-ġirja bit-Torċa Olimpika fil-Ġappun għandha tibda ġewwa Fukushima nhar is-26 ta’ Marzu.