Il-Ġappun b’laqgħa kostruttiva mal-Amerka

Il-Prim Ministru Ġappuniż, ilbieraħ qal li kellu diskussjonijiet kostruttivi rigward kummerċ mal-President tal-Amerka, Donald Trump. Il-laqgħa saret fi New York qabel it-tieni rawnd ta’ djalogu kummerċjali li se jsir aktar tard din il-ġimgħa bejn l-istess żewġ pajjiżi.

Huwa qal lill-ġurnalisti fi New York, li tkellmu dwar il-kummerċ u l-investiment u żguraw mill-ġdid l-impenn tagħhom biex ineħħu l-impjanti nukleari mill-Peniżola Koreana. Hu qal ukoll li se jkun qed ikompli bid-diskussjonijiet wara li jiltaqgħu l-ministru tal-ekonomija tal-Ġappun u r-rappreżentant tal-kummerċ tal-Amerka.