Il-Ġappun aċċetta 27 refuġjat fl-2015

Il-Ġappun irrifjuta 99% tal-applikazzjonijiet għall-ażil fl-2015, filwaqt li aċċetta 27 refuġjat li jinkludu sitta mill-Afganistan, tlieta mis-Sirja, mill-Etjopja u minn Sri Lanka.
Il-Ministru tal-Ġustizzja Ġappuniż qal li s-sena l-oħra rċieva rekord ta’ 7,856 applikazzjoni, l-iktar minn Nepal.
Fl-2014, aċċettaw 11-il refuġjat minn 5,000 applikazzjoni.
Uffiċjal għall-immigrazzjoni qalet li ż-żieda tas-sena l-oħra hija minħabba n-numru kbir ta’ applikazzjonijiet mill-Indoneżja.
Qalet li fl-2014 applikaw 17 biss filwaqt li s-sena l-oħra applikaw 969 Indonesjan.
Nhar l-Erbgħa, l-Parlament approva €324 miljun għall-għajnuna umanitarja għar-refuġjati Sirjani u Iraqini.
Il-Ġappun qed jaffaċċja problema demografika minħabba li l-populazzjoni qed tixjieħ u qed tonqos ir-rata tat-twelid.
Il-Prim Ministu Ġappuniż qal li qabel ma jaċċettaw l-immigranti u r-refuġjati, irid ikun hemm aktar attivitajiet min-nisa, mill-anzjani u jridu jżidu r-rata tat-twelid.