Il-Galaxy Milk u l-Maltesers irtirati minħabba s-salmunella

Iċ-ċikkulajjet Galaxy u l-Maltesers huma wħud mill-prodotti li l-ġgant tal-istabbilmenti tal-ikel, Tesco, irtira mis-suq Brittaniku minħabba l-biża’ li jistgħu jagħmlu ħsara lis-saħħa.
F’Ġunju li għadda l-kumpanija Mars, li tipproduċi dawn iż-żewġ prodotti, kienet diġà kkonfermat li rtirathom mis-suq minħabba l-istess raġuni.
Żewġ konsenji ta’ Galaxy Milk u żewġ kosenji ta’ Maltesers Teasers jista’ jkun fihom is-salmunella.
Barra minn dan, Tesco rtira wkoll iċ-Chocolate Mint Protein Bars tad-ditta Clif Builder’s, bosta prodotti ta’ Haggi, u l-pudini ta’ Macsween of Edinburgh, fost prodotti oħra tas-suq Brittaniku.
Dawn il-prodotti tneħħew mill-ixkafef ta’ Tesco għax jista’ jkun fihom prodotti li mhumiex imniżżla fuq it-tikketta, fosthom bajd, ħalib, xgħir u prodotti oħra li hawn min ikun allerġiku għalihom.
Newsbook.com.mt ikkuntattja lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali li kkonferma li sa issa għadhom mhumiex infurmati b'periklu fil-prodotti f'Malta.