​Il-futur tiegħi huwa l-preżent – Emery

Meta kien qed jitkellem waqt konferenza tal-aħbarijiet qabel il-logħba tal-lejla kontra Strasbourg, il-kowċ ta’ Paris St Germain Unai Emery sostna mal-ġurnalisti preżenti illi l-futur tiegħu huwa fil-partita li se jilagħbu f’darhom ftit tas-sigħat oħra fil-kampjonat.
Huwa kien qed jirrispondi domandi li jikkonċernaw il-ġejjieni tiegħu partikolarment wara t-telfa xi ftit kerha kontra Real Madrid bl-iskor ta’ 3-1 fit-tieni rawnd tal-UEFA Champions League.
“Għalija l-futur tiegħi huwa l-preżent u dan hu llejla kontra Strasbourg. Importanti li niksbu t-tliet punti sabiex imbagħad nerġa’ nibda naħseb fuq Real Madrid,” qal Emery.
Huwa temm jgħid illi jiddejjaq jaħli l-enerġiji tiegħu jaħseb fit-tul u jemmen illi inutli taħseb daqshekk ‘il boghod.
Emery kien ikkritikat bl-aħrax mill-istampa Franċiża wara t-telfa kontra l-Merengues.