Il-futur tiegħi hu l-inqas inkwiet tiegħi – Wenger

F’intervista illi kellu ma’ stazzjon televiżiv Ingliż, il-kowċ ta’ Arsenal Arsene Wenger reġa’ tkellem dwar il-futur tiegħu fejn sostna li l-pożizzjoni tiegħu fit-tmexxija tal-Gunners hija l-aħħar ħaġa illi qed jinkwieta fuqha.
Ħin minnhom huwa dar fuq il-ġurnalist li beda jintervistah u qallu illi lanqas hu ma jaf jibqax jaħdem mal-kumpanija tal-midja li hu mpjegat magħha minħabba illi l-futur ħadd ma jafu.
Meta reġa’ tkellem dwar it-telfa li sofrew it-tim tiegħu kontra Manchester City fil-finali tal-Carabao Cup, Wenger qal illi huma ma tilfux kontra xi tim tat-Tielet Diviżjoni Ingliża iżda lagħbu mal-liders tal-klassifika tal-kampjonat Ingliż.
Huwa temm jgħid illi issa t-tim jinsab konċentrat sabiex jikseb riżultati aħjar fil-logħbiet deċiżivi illi għandhom.