Il-futur tal-ivvjaġġar: Il-passiġġieri jiġu ‘sparati’ minn post għall-ieħor

Il-‘Hyperloop’ hi l-idea ta’ kif jista’ jsir l-ivvjaġġar fil-futur. L-ideat ġew preżentati mill-biljunarju Elon Musk, li huwa il-fundatur tal-kumpanija Paypal.

Il-pjan hu li b’dan il-mezz ta’ transport, il-passiġġieri jkunu ‘sparati’ distanza ta’ 380 mil fi 30 minuta. Il-passiġġieri ipoġġu f’tubi tal-aluminju li jivvjaġġaw f’tubi oħra tal-metal. Dawn it-tubi jimxu fuq l-arja u jilħqu veloċità ta’ 800 mil fis-siegħa.

L-idea hi li l-passiġġieri ma jaħlux ħin fi tlugħ u nżul tal-ajruplani u matul il-vjaġġ mhux se jħossuhom ma jifilħux minħabba li t-tubi jivvjaġġaw mingħajr skossi.