Aġġornata (4): 61.3% tal-Griegi jivvutaw kontra l-kundizzjonijiet proposti mill-UE

Fil-Greċja, il-postijiet tal-votazzjoni għar-referendum għalqu għall-ħabta tas-sitta (ħin tagħna) u minnufih beda l-proċess tal-għadd tal-voti.
Ir-riżultat preliminai, issa li ngħaddu aktar minn 20% tal-voti, juri rebħa għall-"LE" b'madwar 61.3% tal-voti, filwaqt li l-"IVA" ġab 39%. 
Skont midja internazzjonali għada il-President Franċiż Francois Hollande mistenni jiltaqa' mal-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel f'Pariġi.
Intant il-Ministru għall-Finanzi Grieg Yanis Varafoukis qal li lest jilħaq ftehim fi żmien 24 siegħa, filwaqt li għaddej b'taħdid mal-mexxejja tal-banek u mal-Bank Ċentrali Grieg biex tinstab soluzzjoni biex il-banek ikunu jistgħu jiftħu min-nhar it-Tlieta li ġej.
Jidher li t-turnout kien wieħed qawwi, bil-Griegi jivvutaw bil-maġġoranza tal-Griegi jivvutaw kontra l-kundizzjonijiet proposti mill-Ewropa dwar il-bailout internazzjonali.
Il-Gvern ta' Alexix Tsipras kien qed iħeġġeġ lin-nies biex jivvutaw "Le" filwaqt li l-kampanja tal-"IVA" bdiet twissi n-nies li jekk jirbaħ il-"Le" l-Greċja tista' tinħareġ miż-Żona Ewro.
L-għajnuna tal-Unjoni Ewropea lill-Greċja skadiet nhar it-Tlieta li għadda, fl-istess ġurnata li kellha tħallas €1.6 biljun lill-Fond Monetarju Internazzjonali.
​Fl-aħħar jiem il-banek Griegi baqgħu bil-bibien magħluqa u imponew massimu dwar kemm jistgħu jinġibdu flus.