Il-futur ta’ Montella inċert

Wara d-draw diżappuntanti ta’ 0-0 ilbieraħ fil-kampjonat kontra Genoa, il-futur tal-kowċ attwali Milanist, Vincenzo Montella, qed iberraq bil-kbir.
Xnigħat persistenti qed jgħidu li l-ekskowċ ta’ Fiorentina, Paulo Sousa, jista’ jkun is-suċċessur ta’ Montella fil-jiem li ġejjin.
Min-naħa tiegħu Montella saħaq li għandu l-fiduċja tad-diriġenza Milanista, għalkemm ħafna berrqu għajnejhom għal dan il-kliem.
Milan jinsabu fi kriżi kbira hekk kif ilhom ma jirbħu għal dawn l-aħħar erba’ partiti u naqsu milli jiskorjaw f’180 minuta.