Filmat: Paġna ġdida għal Cardona u Bonnici

Aġġornat 09:45 PM
Malta's Justice Minister Owen Bonnici talks to the media outside the Parliament in Valletta, Malta, December 2, 2019. REUTERS/Vincent Kessler

19:00 Michael Farrugia qal li Abela għandu żewġ prerogattivi- li jaħtar il-Ministri u li jsejjah elezzjoni.

Filmat: Miguela Xuereb

Michael Falzon jgħid li l-laqgħa li kellu ma’ Abela mhix kwistjoni ta’ pożittività.

Filmat: Miguela Xuereb

Evarist Bartolo qal li jinsab kuntent li se jibqa’ jservi lil Malta

Filmat: Miguela Xuereb

Filmat: Miguela Xuereb

Silvio Schembri qal li Abela mistenni jħabbar id-deċiżjonijiet tiegħu fis-sigħat li ġejjin

18:40 It-Times of Malta tgħid li Owen Bonnici mhux se jerġa’ jkun il-Ministru għall-Ġustizzja. Is-sorsi tal-gazzetta qalu li se jingħata Ministeru ieħor.

17:45: Justyne Caruana ma tikkonfermax

Justyne Caruana la ċaħdet u lanqas ikkonfermat jekk hix se tibqa’ Ministru għal Għawdex. Meta kkuntattjata minn Newsbook.com.mt, Caruana qalet biss li l-mistoqsijiet għandhom jiġu mistoqsija lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

“Kull konferma jew informazzjoni tingħata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru”, saħqet Caruana.

Meta mistoqsija tgħid jekk tiċħadx li mhix se tibqa’ Ministru għal Għawdex, il-Ministru qalet li wieħed għandu jistenna sakemm l-informazzjoni tingħata mill-Uffiċċju tal-PM “bħalma jiġri dejjem”.

17:20: L-Ekonomija mhux f’idejn Cardona; impjegati jbattlu l-uffiċini

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona mhux se jingħata l-portafoll tal-Ekonomija fil-kabinett tal-Prim Ministru l-ġdid Robert Abela.

16:00: Owen Bonnici joħroġ minn Kastilja

Filmat: Miguela Xuereb


15:00: Repubblika toffri l-għajnuna lill-PM

Repubblika offriet l-għajnuna lill-Prim Ministru Robert Abela biex Malta “timxi fis-sewwa”. Huma għamlu dan permezz ta’ ittra li bagħtu lill-PM l-ġdid. Huma bagħtu wkoll il-manifest tagħhom li ġie approvat fil-Laqgħa Ġenerali li saret is-Sibt li għadda.

Fl-ittra li ntbagtet mll-President tal-għaqda Vicki Ann Cremona, hija tisħaq li bħala Prim Ministru għandu jkollu l-kuraġġ li jnaddaf l-amministrazzjoni pubblika mill-korruzzjoni u l-abbuż ta’ poter.

Saħqet li Repubblika ma tistax tifhem kif Abela tkellem fuq il-legat li ħalla Joseph Muscat minħabba li abbuża mill-poter. Huma assiguraw lill-Prim Ministru li se jibqgħu jinsistu biex l-abbużi jieqfu u jibdew isiru riformi


14:50: Cardona lura f’Kastilja

Filmat: Miguela Xuereb


14:30: Chris Fearne se jżomm postu – rapporti

Chris Fearne jidher li se jkun qed iżomm postu bħala Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa. Dan qed jiġi rrappurtat fil-ġurnal timesofmalta.com fejn ikkwotaw sorsi li kkonfermaw li Fearne u Abela laħqu ftehim li ma jkunx hemm tibdil mill-irwol eżistenti.

Dan il-ftehim qed jitqies bħala wieħed importanti hekk kif Abela jkun jista’ jkompli bit-taħditiet mal-bqija tad-deputati Laburisti biex jappunta Kabinett ġdid.

Hu u dieħel għal-laqgħa mal-Prim Ministru, Chris Fearne żamm sieket u filwaqt li tbissem qal lill-ġurnalisti miġbura quddiem Kastilja li se jkellimhom la joħroġ. Iżda kif ħareġ qal li għadu qed jiddiskuti mal-Prim Ministru u aktar tard ikollu risposta.


14:00: Neville Gafa jirriżenja mill-OPM

Fl-aħħar sigħat, Neville Gafa rriżenja minn uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Huwa kien ġie maħtur bħala person of trust mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Ir-riżenja tas-Sur Gafa kienet aċċettata miċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Clyde Caruana. Caruana kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li Gafa tah l-ittra tar-riżenja. Huwa ma qalx x’kienet ir-raġuni għal din ir-riżenja.

Ilbieraħ, Gafa kien mistieden jattendi għaċ-ċerimonja tal-ħatra ta’ Prim Ministru ġdid fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta.

Miguela Xuereb

Fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda waqt li kien għaddej l-għadd tal-voti fl-elezzjoni interna tal-Partit Laburista għal ħatra ta’ mexxej ġdid huwa ppubblika post fuq Facebook bil-kelma “Kontinwità” b’referenza għar-riżultat elettorali li kiseb Robert Abela.


11:49: Il-futur ta’ Fearne inċert; Abela jiltaqa’ ma’ xi MPs

Il-futur politiku ta’ Chris Fearne għadu jrid isir magħruf, hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela bħalissa għaddej bit-taħditiet mal-Grupp Parlamentari tiegħu biex jifforma kabinett ġdid.

Għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti quddiem il-Berġa ta’ Kastilja, Abela qal li l-kabinett se jitħabbar “fil-ħin opportun”.

Wara laqgħa ma’ Abela dalgħodu, Fearne qal lill-ġurnalisti li d-diskussjonijiet tiegħu ma’ Abela għadhom għaddejjin u li se jkollu risposta aktar tard. Dwar it-telfa tiegħu fl-elezzjoni għall-mexxej tal-Partit Laburista, Fearne qal li hu jirrispetta l-verdett tal-maġġoranza.

L-istazzjon nazzjonali qed jirrapporta li Abela diġà kellu laqgħat ma’ Fearne, Justyne Caruana u Silvio Schembri. Huwa ltaqa’ wkoll ma’ Chris Cardona.

Filmat: Miguela Xuereb

Dr Robert Abela ħa l-ġurament tal-ħatra lbieraħ wara nofsinhar. Mill-Palazz tal-President fil-Belt Valletta huwa mexa mal-familja tiegħu lejn Kastilja u daħal fl-uffiċċju tiegħu bħala Prim Ministru.