Il-futur ta’ Casillas għadu inċert

Il-futur tal-gowlkiper Spanjol Iker Casillas għadu wieħed ferm inċert wara l-aħħar dikjarazzjonijiet illi għamel il-plejer li jrid ifittex destinazzjoni oħra.
Minkejja kollox din it-triq ’il quddiem tiegħu għadha mhux ċara meta l-ebda tim għadu ma offra xi forma ta’ interess fih.
Skont il-ġurnal Portugiż A Bola, Casillas jista’ saħansitra jibqa’ mat-tim Portugiż dejjem jekk jaċċetta illi jonqoslu s-salarju tiegħu preżenti illi qed ikun ta’ piż kbir finanzjarju fuq il-klabb.
Fil-ġimgħat illi ġejjin mistenni li jkun hemm xi tip ta’ żblokk fuq is-sitwazzjoni minħabba illi Casillas jixtieq ikun jaf biċ-ċar x’ser jagħmel fil-ġejjieni.
Casillas ingħaqad ma’ Porto fis-sena 2015 wara perjodu ta’ sbatax-il sena jiddefendi l-lasti ta’ Real Madrid.