Il-plejer ta’ Gżira United F.C. dalgħodu telaq lejn Ruma fl-Italja biex issirlu operazzjoni serja fi rkupptejh (ACL). Dan wara li f’Settembru li għadda weġġa’ waqt li kien qed jagħmel training.
Il-Professur Francesco Franceschi se jkun qed jagħmel l-intervent mediku f’Casa di Cura Villa Stuart ta’ Ruma. Din hi klinika privata li tispeċjalizza fil-kirurġija ortopedika.
Nawgurawlu fejqan ta’ malajr.