Il-futbol wieqaf … iżda l-interess fi transfers ma waqafx

Antoine Griezmann: minn Barcelona għal Inter?

Għad li bħalissa l-logħob tal-futbol jinsab wieħed fl-Ewropa kollha dan ma jfissirx li l-interess tal-klabbs għal plejers fi klabbs oħra naqas. Fil-fatt bħalissa qed idur bosta għajdut dwar x’qed jaħmu għall-istaġun li jmiss.

Inter se jippruvaw jieħdu lil Antoine Griezmann, ta’ 29 sena, ta’ Barcelona li jilgħab mat-tim nazzjonali Franċiż. Huma lesti jagħtuhom lil Lautaro Martinez jekk Barcelona jiffirmaw lill-plejer Arġentin ta’ 22 sena mingħandhom.

Barcelona minn naħa tagħhom, jekk ma jirranġawx dwar Martinez, għandhom il-ħsieb li jiffirmaw lil Alexander Isak, forward Żvediż ta’ 20 sena, li bħalissa jilgħab ma’ Real Sociedad.

It-timijiet Ingliżi Tottenham u Liverpool qed jippruvaw biex xi ħadd minnhom jakkwista lil Kostas Tsimikas, il-left-back ta’ Olympiakos tal-Greċja li għandu 23 sena.

Il-midfielder ta’ Chelsea u Franza N’Golo Kante ta’ 20 sena qiegħed fil-lista tal-plejers li jridu jakkwistaw Real Madrid.

Edinson Cavani, l-istriker ta’ 33 sena mill-Urugwaj, bħalissa qed jilgħab ma’ Paris St-Germain. Il-kuntratt tiegħu ma’ dan il-klabb Franċiż dalwaqt jintemm u saru talbiet għalih minn timijiet fl-Amerika ta’ Isfel. Iżda hu qal li ma jridx iħalli l-Ewropa ħlief wara t-Tazza tad-Dinja ta’ sentejn oħra.