​Il-futbol jgħaqqad u jinkludi

Għada l-Ġimgħa 21 ta’ Marzu huwa l-Jum Dinji tal-Persuni b’Down Syndrome.
Inizjattiva ħelwa minn naħa ta’ Gzira United li fil-ħruġ tagħhom fil-grawnd għas-semifinali kontra Valletta kellhom magħhom tfal vera ħelwin b’din il-kundizzjoni.
Prosit lil Gzira u lil Valletta li kkolaboraw f’dan il-ġest bħala promozzjoni għall-Jum Dinji tal-Persuni b’Down Syndrome.

Tistgħu taraw ir-ritratti kollha fuq il-paġna ta’ facebook tal-Malta Football Association.