Il-futbol Ingliż sospiż sal-aħħar ta’ April

Il-futbol Ingliż ġie sospiż sat-30 ta’ April minħabba li l-coronavirus kompla jinxtered mall-pajjiż. Il-logħob kollha tal-Premier League Ingliż, l-EFL, il-Women’s Super League, il-Women’s Championship, kif ukoll il-logħob fl-Iskozja, f’Wales u l-Irlanda ta’ Fuq huma posposti.

L-Assoċjazzjoni tal-Futbol qablet ukoll li l-istaġun jista’ jiġi estiż b’mod indefinit.

Fi stqarrija maħruġa mill-FA, il-Premier League u l-EFL, esprimew il-wegħda tagħhom li jsibu mod ta’ kif ikomplu l-istaġun 2019-20.

Il-posponiment tal-Euro 2020 fetħet il-possibiltà li l-kampjonati domestiċi jitkomplew anka f’Ġunju.