​Il-futbol iġib l-għaqda f’Kordin

Waqt tournament tal-futbol li ġie organizzat mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, tliet timijiet ingħaqdu flimkien u lagħbu f’ambjent kompetittiv u sportiv.
Fi stqarrija, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal li żar it-tournament li kien magħmul minn tim tal-Faċilità, tim tal-Liverpool FC Supporters Club, u ieħor mill-Manchester United Supporters Club.
Il-Ministru Michael Farrugia rringrazzja lil kull min ipparteċipa u b’xi mod ta sehmu fl-attività.
Il-Ministru Farrugia ppreżenta t-trofew lit-tim tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li rebaħ it-tournament.
Ritratt: Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali