Il-futbol Għawdxi live fuq You Tube għall-ewwel darba

Aġġornat 03:43 PM
www.hdnicewallpapers.com

L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Għawdxi qed ixxandar live għall-ewwel darba il-logħob tal-league fuq You Tube.

F’kumment lil Newsbook.com.mt il-President tal-Assoċjazzjoni Samuel Azzopardi qal li għadu jinħass il-bżonn li jinxtered it-talent sportiv lokali. Qal ukol li grazzi għal dan is-servizz tal-live, il-kmamar tal-aħbarijiet se jkollhom l-informazzjoni real time dwar il-futbol Għawdxi.

Hu żvela li hemm il-ħsieb li l-logħbiet kollha jibdew jixxandru live, iżda għalissa bdew bl-ewwel diviżjoni.

Illum qed jilagħbu Kerċem Ajax kontra Għajnsielem u aktar tard se jkunu qed jilagħbu wkoll Xewkija Tigers kontra Victoria Hotspurs.

Wieħed jista’ jsegwi l-logħoba ta’ Xewkija Tigers kontra Victoria Hotspurs minn hawn. Il-logħba se tibda’ fit-03:00pm.