Il-futbol fl-Olanda jista’ ma jkomplix sal-aħħar

It-tim Olandiż tal-Ajax jista’ jkun dikjarat rebbieħ għall-istaġun 2019-2020

L-Assoċjazzjoni Olandiża tal-futbol beħsiebha ma tkomplix l-istaġun wara li l-Gvern nazzjonali tawwal il-projbizzjoni fuq avvenimenti kbar li jiġbdu l-ispettaturi sal-1 ta’ Settembru minħabba l-koronavirus.

It-timijiet ta’ Ajax u AZ Alkmaar bħalissa huma fi-quċċata tal-league Olandiża it-tnejn b’56 logħa, b’Ajax fuq quddiem minħabba b’goal difference.

Il-KNVB, li jmexxu l-futbol Olandiż, fi stqarrija qalu li għandhom  il-intenzjoni li ma jkomplux il-kompetizzjoni tal- 2019/20 iżda kienu se jikkonsultaw lil UEFA qabel ma jieħu deċiżjoni finali.

Nhar it-Tlieta  l-UEFA qalet li xi kampjonati Ewropej jistgħu jiġu kkanċellati f’każijiet speċjali minħabba l-pandemija.

“Fuq il-bażi tad-deċiżjoni tal-Gvern, il-KNVB se tikkonsulta mal-UEFA, u wara tittieħed id-deċiżjoni,” kompliet id-dikjarazzjoni tal-KNVB. Il-KNVB għadu ma ħassarx il-kompetizzjonijiet definittivament minħabba diffikultajiet finanzjarji fl-industrija tal-futbol kawża tal-kriżi tal-koronavirus.”

Il-klabbs Olandiżi se jiltaqgħu nhar il-Ġimgħa biex jiddiskutu l-konsegwenzi tad-deċiżjoni, waqt li xi forma ta’ taħriġ jerġgħu jinfetħu taħt kundizzjonijiet stretti biex il-plejers ikunu jistgħu jitħarrġu.

“Hija daqqa kbira għall-klabbs professjonali kollha fl-Olanda,” qal Marcel Van Der Kraan, ġurnalist tal-futbol Olandiż.